Sunday, December 22, 2024

Jeħlisha ħafif wara li trakk ħa n-nar fil-Mosta

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ trakk ħelisha ħafif wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:20 a.m sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed isuq fi Triq il-Fortizza fil-Mosta.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li s-sewwieq kien pront niżel mit-trakk wara li żviluppatlu ħsara fil-magna. Sewwieq ieħor li nzerta għaddej mill-istess triq waqaf biex jagħtih l-għajnuna.

Nifhmu li s-sitwazzjoni ġiet kontrollata mill-istess persuni filwaqt li fortunatament ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

Ekonomija

Sport