Friday, September 25, 2026
Home Sport Jekk Man City jinstabu ħatja tal-allegat ksur tar-regoli finanzjarji .. Man Utd...

Jekk Man City jinstabu ħatja tal-allegat ksur tar-regoli finanzjarji .. Man Utd jingħataw żewġ titli tal-Premier League

0
57

Manchester City ġew investigati dwar allegat ksur tar-regoli finanzjarji bejn l-2009 u l-2018. L-akkużi kienu jinkludu li l-club naqas milli jipprovdi informazzjoni finanzjarja preċiża, kif ukoll dettalji dwar ħlasijiet lill-players u lill-coaches. Barra minn hekk, is-City ġew akkużati bi ksur tar-regolamenti tal-UEFA dwar il-Financial Fair Play u tar-regoli tal-Premier League dwar il-profittabilità u s-sostenibbiltà.

Matul dan il-perjodu, Manchester City rebħu diversi unuri importanti, fosthom tliet titli tal-Premier League, FA Cup waħda, tliet Carabao Cups u żewġ Community Shields. Jekk it-titli tal-Premier League jitneħħew u jingħataw lit-timijiet li spiċċaw fit-tieni post, Manchester United jistgħu jingħataw it-titli tal-2012 u tal-2018, filwaqt li Liverpool jistgħu jingħataw it-titlu tal-2014.

Dan jista’ jkollu konsegwenzi kbar għall-istorja tal-Premier League. Sir Alex Ferguson jista’ jiżdiedlu titlu ieħor mar-rekord tiegħu, filwaqt li plauyers bħal Ryan Giggs, Wayne Rooney u Rio Ferdinand jistgħu jirċievu rikonoxximent addizzjonali. Steven Gerrard jista’ wkoll jingħata t-titlu tant mixtieq tal-2014.

L-investigazzjoni bdiet wara li Der Spiegel ippubblikat dokumenti finanzjarji leaked fl-2018. Il-każ ġie riferut lil kummissjoni indipendenti. 

Manchester City ċaħdu l-akkużi u beħsiebhom jappellaw. Il-konsegwenzi jistgħu jinkludu tnaqqis sostanzjali ta’ punti, multa finanzjarja kbira, jew saħansitra l-esklużjoni mill-Premier League.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here