Friday, November 15, 2024

“Jekk taraw b’għajnejkom żiemel fit-triq jopera matul dan il-ħin, ħudu filmat”

- Moira Delia

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif beda l-istaġun tas-sajf u s-sħana tinsab fl-aqwa tagħha, Moira Delia ħalliet post fuq il-midja soċjali fejn fakkret li mil-lum sal-aħħar ta’ Awwissu l-ebda karozzin jew taħriġ ta’ żwiemel mhu permess li jsir fit-toroq bejn is-1:00 pm u l-4:00 p.m.

Qalet ukoll li matul dan il-ħin, iż-żwiemel għandhom ikunu pparkjati għad-dell. Hija appellat lin-nies biex jekk jiltaqgħu ma’ dawn is-sitwazzjonijiet imsemmija matul dan il-ħin, għandu jittieħed filmat u ritratt tan-numru tan-number plate tas-sid u jiġi rrapurtat lill-awtoritajiet ikkonċernati; lill-pulizija tal-lokal kif ukol l-Animal Welfare.

Ekonomija

Sport