Saturday, December 21, 2024

Jerġgħu jinġabru iktar fondi permezz tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign

Aqra wkoll

Il-fondi miġbura permezz tal-Kampanja BOV L-Istrina 2021 ammontaw għal €60,800, fejn inqabħet il-figura tas-sena ta’ qabel għat-tieni sena konsekuttiva bħala xhieda tas-solidarjetà taż-żgħażagħ tagħna.

Il-fondi nġabru mill-iskejjel primarji u sekondarji kollha ta’ Malta u Għawdex permezz tal-Piggy Banks tal-kartun li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li ntużaw għall-ewwel darba għall-kampanja tas-sena l-oħra u kellhom it-3 tpinġijiet rebbieħa minn kompetizzjoni organizzata mill-Malta Community Chest Fund Foundation.

Id-Direttur tal-BOV Anita Mangion, akkumpanjata minn Charles Azzopardi, Kap tas-CSR u l-Komunikazzjoni fil-Bank of Valletta ppreżentat is-somma miġbura flimkien ma’ donazzjoni ta’ €200,000 mill-Programm tal-Komunita tal-Bank waqt ix-xandira diretta ta’ L-Istrina.

‘Minkejja l-isfidi ppreżentati mill-pandemija tal-COVID-19, l-altruiżmu u s-solidarjetà li l-poplu Malti huwa rinomat għalihom, reġgħu ħarġu fuq quddiem permezz tal-kampanja li issa tinsab fit-18-il sena konsekuttiva tagħha,’ qalet is-Sinjura Mangion. ‘Nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzjaw lit-tfal kollha u lill-ġenituri tagħhom li taw donazzjonijiet għal din il-kampanja kif ukoll lill-voluntiera tal-MCCFF u lill-membri tal-istaff tal-BOV li l-kontribut tagħhom kien essenzjali biex bi kburija nippreżentaw dawn il-fondi lill-Malta Community Chest Fund Foundation u l-missjoni siewja tagħha madwar il-Gżejjer Maltin.’

Ekonomija

Sport