Sunday, May 19, 2024

Jerome Boateng jinstab ħati ta’ aggravazzjoni … u mmultat

Aqra wkoll

L-ex difensur tal-Ġermanja u Bayern Munich, Jerome Boateng, li dan ix-xahar iffirma ma’ Olympique Lyon, instab ħati ta’ korriment premeditat fuq l-ex sieħba tiegħu, qal nhar il-Ħamis kelliem għal qorti fi Munich. Huwa ġie mmultat €1.8 miljun.

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad- Dinja 2014, li kien deher fil-qorti ta’ Munich liebes libsa blú skur, kien akkużat li weġġa’ lill-ex ħabiba tiegħu fi ġlieda waqt vaganza fl-2018.

L-omm tal-bniet tewmin tiegħu akkużat lil Boateng li waddab lampa iżda ma laqathiex peró mbagħad tefa’ kaxxa żgħira li weġġgħet driegħha qabel ma laqatha u ġibdilha xagħarha. Boateng kien ċaħad li weġġa’ lill-ex ħabiba tiegħu.

Id-difensur ċentrali ta’ 33 sena qatta’ 10 snin ma’ Bayern wara li ngħaqad ma’ Manchester City fl-2011, fejn rebaħ disa’ titli tal-Bundesliga u żewġ Champions League. Il-ġimgħa li għaddiet iffirma kuntratt ta’ sentejn mal-club ta’ Ligue 1.

Sport