Manchester United beħsiebhom iżommu s-servizzi ta’ Jesse Lingard sal-aħħar tal-istaġun.
Il-midfielder se jkun mingħajr kuntratt fis-sajf, xenarju li jippermettilu li jkollu diskussjonijiet ma’ clubs barranin bi free transfer potenzjali.
Jingħad ukoll li Newcastle United huma fost il-clubs li qed isegwu s-sitwazzjoni hekk kif qed ifittxu li jakkwistaw players ta’ profil għoli biex iżommuhom fil-Premier League.
Madankollu, Manchester United jippreferu jżommu lil Lingard għat-tieni nofs tal-istaġun, anke jekk dan ifisser li jitilfu lill-player ta’ 29 sena bi free transfer.
L-istaff tal-United japprezza lill-playmaker bħala membru importanti tal-iskwadra, minkejja li Lingard beda biss żewġ partiti fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun.
Rapporti oħra indikaw li Lingard jista’ jippreferi jistenna sas-sajf qabel ma jagħżel firxa usa ta’ clubs.