Wednesday, April 24, 2024

Valencia iridu lil Oscar Mingueza

Aqra wkoll

Valencia għamlu tentattiv biex jiffirmaw lid-difensur ta’ Barcelona, Oscar Mingueza b’self sa tmiem l-istaġun.

Filwaqt li l-prodott tal-akkademja tal-Katalani beda 10 partiti u għamel tmien dehriet bħala sostitut f’dan l-istaġun, iż-żagħżugħ ta’ 22 sena ilu ma jkun fl-azzjoni mill-bidu ta’ Diċembru.

Fi żmien meta Barcelona huma miftuħa biex jilliberaw spazju fl-iskwadra tagħhom, id-difensur versatili huwa għażla ovvja fejn jidħol tluq potenzjali ta’ players.

Valencia huma lesti li jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni billi jinkludu proposta ta’ self għall-internazzjonali ta’ Spanja.

Il-Los Murcielagos huma ħerqana li jiksbu ftehim fuq bażi temporanja, mingħajr ma jkollhom l-għażla jew l-obbligu li jixtru.

Dawk it-termini jistgħu jappellaw lil Barcelona sakemm Valencia jkunu lesti li jħallsu l-pagi sħaħ ta’ Mingueza matul il-ħames xhur li ġejjin.

Sport