Wednesday, March 27, 2024

Jose Mourinho kuntent ma’ Roma

Aqra wkoll

Jose Mourinho jinsab kuntent li jibqa’ ma’ Roma, minkejja r-rabtiet ma’ Everton.

It-Toffees bħalissa qed ifittxu manager ġdid wara li l-club iddeċieda li jkeċċi lil Rafael Benitez wara t-telfa riċenti kontra Norwich City.

Diversi ismijiet ġew marbuta mar-rwol vakanti, u dan jinkludi lill-ex manager Roberto Martinez, u l-ex rebbieħ tal-Premier League, Mourinho.

Mourinho jinsab kuntent fl-Italja bħalissa, u jrid ikompli jaħdem ma’ Roma, li huwa club li ngħaqad miegħu biss fis-sajf.

Il-manager ta’ esperjenza bħalissa għandu kuntratt ta’ tliet snin, bit-team tiegħu bħalissa qiegħed is-seba’ post tal-klassifika wara 11-il rebħa mill-ewwel 22 logħba tagħhom.

Żewġ ex footballers tal-Premier League ġew marbuta wkoll mal-impjieg ma’ Everton, hekk kif Frank Lampard u Wayne Rooney ġew marbuta mal-pożizzjoni.

Għalissa, Duncan Ferguson se jkun qed jaħdem bħala l-caretaker manager, u hu se jkun responsabbli nhar is-Sibt meta jiltaqgħu ma’ Aston Villa.

Ekonomija

Sport