Saturday, May 4, 2024

Jesse Lingard viċin li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Man Utd

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Ingliż, Jesse Lingard, jinsab viċin li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United.

Il-coach tar-Red Devils qal: “Il-kuntratt ta’ Lingard jintemm f’Ġunju li ġej. Għaldaqstant qed nitkellmu miegħu u ma’ missieru fit-tentattiv li jġedded il-kuntratt.

“Jiena nara l-futur fit-tul ta’ Lingard f’Old Trafford minħabba li jinsab fil-pjani tiegħi.”

Matul dawn l-aħħar jiem, Lingard kien il-mira ta’ kritika qawwija mill-partitarji tal-United wara li kkommetta żball li permezz tiegħu huma sfaw megħluba minn Young Boys fil-ħin miżjud, fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.  

Sport