Friday, December 27, 2024

Jgħid li se jibqa’ “tturmentat” għal żmien twil wara li ma laħaqx wieġeb it-telefonata ta’ bintu Maia

Aqra wkoll

Missier iż-żewġt aħwa żgħażagħ, Maia u Rina, li nqatlu fl-isparatura tal-West Bank fl-Iżrael, nhar il-Ġimgħa li għaddiet, qal li se jibqa’ “tturmentat” għal żmien konsiderevoli wara li dakinhar tal-aggressjoni ma laħaqx wieġeb telefonata li saret mingħand waħda minn uliedu waqt li bdew jiġu attakkati.

Rabbi Leo Dee qal dan ilbieraħ ftit tal-mumenti wara li tilef lill-għażiża martu, Lucy Dee, li dakinhar tal-omiċidju waqgħet vittma f’idejn l-aggressuri fejn b’riżultat tal-ġrieħi li sofriet spiċċat f’koma u tilfet ħajjitha tlett ijiem wara fl-Isptar Hadassah fl-Iżrael.

Emozzjonat għall-aħħar, f’kumment li ta lil diversi ġurnalisti minn midji differenti, huwa esprima s-sogħba ta’ bniedem li ħabta u sabta kellu jaċċaffja realtà kiefra fejn minn familja ta’ seba’ min-nies ġiet ridotta għal erbgħa.

Il-midja Ingliża Metro rrappurtat li f’kumment li l-missier qasam mal-midja qal li dakinhar tal-isparatura waħda minn uliedu l-bniet l-oħrajn li kienet riekba f’karozza viċin tiegħu fi triqithom għal vaganza, qaltlu li kien sar attakk. Urietu ritratt tal-karozza involuta, b’toqba ta’ bullet, li ċċirkola fuq Instagram, fejn għarfet il-bagalji taż-żewġ ħutha miksijin bid-demm.

Kien dak il-mument meta l-missier beda jċempel lil martu u lil uliedu u induna illi Maia kienet ċemplitlu u ma kienx sema’ l-mowbajl idoqq.

Ekonomija

Sport