Żagħżugħ minn Ħal Qormi jista’ jgħoddha b’waħda wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 20 sena kien qiegħed isuq karozza tal-għamla BMW 320d meta għal xi raġuni qabad bankina u konsegwentament inqaleb f’gandott.
Fortunatament iż-żagħżugħ jidher li ma sofra l-ebda ġrieħi f’dan l-inċident.