Thursday, December 26, 2024

Jgħodduha b’waħda wara li trombi tal-arja ħakmet f’Ripley, l-Istati Uniti

Aqra wkoll

Fortunatament jidher li ħadd ma’ weġġa’ wara li tromba tal-arja ħakmet u kaxkret kulma sabet fil-belt ta’ Ripley, Mississippi. Ammont ta’ terrapien tar fl-arja flimkien m’għadd ta’ siġar li tqaċċtu mill-akkwati.

Dan kien biss wieħed minn sensiela ta’ terremoti li laqtu lill-Istat ta’ Mississippi, hekk kif terremmoti oħra ġew irreġistrati f’Lincoln, Marion Jefferson Davis u Smith, skont rapport maħruġ mill-Uffiċċju Metereoloġiku ta’ Mississippi.

Filmat li ċċirkola fuq il-midja soċjali juri maltempata qawwija li saret ilbieraħ f’Ripley – belt b’popolazzjoni ta’ 5,000 ruħ li tinsab 45 mil bogħod mill-Majjistral ta’ Tupelo.

Familja li kienet fil-post qed tistkenn fit-trakk għax ħassitha iktar sigura milli tinġabar fil-bungalow tagħha, irnexxielha taqbad dan il-mument drammatiku tat-tromba tal-arja.

F’intervista li kellu wieħed sid ta’ 76 pompa tal-petrol tal-lokal Dev Patel, mal-midja WTVA, spjega kif il-kontenitur li fih kellu l-fuel maħżun, inħakem minn riefnu u tar ‘il fuq quddiem id-daħla tal-pompa tal-petrol u waqa’ fl-art: “Spiċċajt bla kliem … din hi l-ewwel darba li sibt ruħi f’din is-sitwazzjoni. Twerwirt”.

“Din it-tromba tal-arja għolliet kollox mas-smewwiet: ħġieġ, fliexken … kulma sabet. Kollox itir u jdur f’forma ta’ ċrieki. Bdejt nirringrazzja ‘l Alla li ħadd ma’ weġġa’ minħabba l-pjanċi tal-metall li għolew u taru fl-art f’daqqa; setgħu qattgħu bniedem fi tnejn”.

Ekonomija

Sport