Thursday, April 18, 2024

Premier League of Darts: Norbert Attard u Tony Borg l-ewwel żewġ plejers li jikkwalifikaw

Aqra wkoll

Norbert Attard u Tony Borg kienu l-ewwel żewġ plejers li kisbu l-kwalifikazzjoni għar-round li jmiss tal-Premier League of Darts meta kisbu l-aqwa riżultati minn din l-ewwel ġurnata ta’ logħob.

Wara sensiela ta’ logħob fuq bażi knock-out, Tony Borg wasal fil-finali kontra John Ciantar u rebaħ 3-2 filwaqt li Norbert Attard għeleb lil Godfrey Abela bl-istess.

Sadanittant il-logħob qed jintlagħab fis-sala tal-każin tal-banda ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun bit-tieni fażi li tkompli fil-ġimgħat li ġejjin fejn ikomplu jiġu magħżula aktar plejers sakemm ikun hemm l-aqwa għaxra.

Ekonomija

Sport