Friday, April 26, 2024

1,990 persuna rċevew trattament għall-vizzju tad-droga

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kien hemm 1,990 persuni li matul is-sena 2021 resqu u rċevew trattament għall-problema tad-droga. L-Eroina kienet l-iktar tip ta’ droga li ntużat minn dawn il-persuni, hekk kif kellha persentaġġ ta’ 50%. Wara kklassifikat l-kokaina b’34% tal-każi filwaqt li l-inqas tip ta’ droga li ntużat kienet il-kannabis b’15%.

Matul din is-sena partikolari, il-maġġoranza tal-każijiet kienu marbuta mad-droga tal-kannabis. Dan filwaqt li ġie nnutat li kien hemm tnaqqis notevoli marbuta mad-droga tal-kokaina. Kien hemm ukoll żieda fejn tidħol l-eroina. Fil-biċċa l-kbira ta’ dawn il-każi, 80%, ntużaw servizzi ta’ trattament minn qabel. Il-kumplament, jiġifieri 20% kienu qed isegwu programm ta’ għajnuna għall-ewwel darba. 81% ta’ dawn kienu irġiel , filwaqt li 19% kienu nisa.

Fl-istess sena, ġew irreġistrati ħamest imwiet relatati mad-droga. Minbarra dawn l-imwiet, ġew irreġistrati wkoll numru ta’ qabdiet tad-droga, bl-ikbar qabda tkun dik ta’ 2021 li kienet tikkonsisti f’kokaina li kienet tammonta għal 762 kilogrammi. Wara kklassifikat id-droga tal-kannabis, hekk kif kien hemm qabda ta’ 188 kilogrammi, li minnhom 27 kilogramm kienu rezina tal-kannabis u 7.2 litri f’zejt tal-kannabis. Dawn inkludew qabdiet fil-portijiet Maltin.

Din l-informazzjoni ħarġet iktar kmieni llum waqt il-pubblikazzjoni tar-rapport nazzjonali dwar is-sitwazzjoni tad-droga u r-risponsi għaliha f’Malta għas-sena 2021.

Il-Ministru tal-politika soċjali u drittijiet tat-tfal, Michael Falzon li taħtu jaqa’ l-qasam soċjali, spjega kif għal sena oħra konsekuttiva żdiedu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu trattament ta’ droga. Qal ukoll li ż-żieda fil-każijiet turi riflessjoni li aktar individwi qegħdin jagħmlu pass il’quddiem u jersqu sabiex jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa.

Sport