Saturday, December 21, 2024

Jibda jifforma l-Kabinett… uċuħ ġodda, tibdil f’dekasteri u oħrajn żammew l-istess ministeri

Aqra wkoll

Tard ilbieraħ filgħaxija u kmieni dalgħodu kienet għaddejja ħidma mill-Prim Ministru Robert Abela biex jaħtar il-Kabinett li se jkun qed jifforma l-gvern għal ħames li snin li ġejjin. F’dan il-Kabinett, waqt li kien hemm min żamm id-dekasteru li kellu, kien hemm oħrajn li kellhom tibdil u dan anke minħabba l-fatt li kien hemm Ministri mil-leġiżlatura ta’ qabel.

Fil-fatt waħda miż-żewġ bidliet kbar kienu li l-qasam tal-Affarijiet Barranin, li hu qasam importanti ħafna llum b’mod partikolari quddiem it-theddida tal-gwerra fl-Ukranja. Dan il-qasam li kien immexxi minn Evarist Bartolo, issa se jkun f’idejn Ian Borg.  Tibdil oħra sostanzjali hi fil-qasam tal-ambjent fejn dan issa se jkun f’idejn Miriam Dalli flimkien mal-qasam tal-enerġija.  

Għalkemm b’mod uffiċjali għadu ma nħareġ xejn jidher li Chris Fearne se jżomm il-Ministeru tas-Saħħa, Clyde Caruana se jżomm il-Ministeru ta-Finanzi, Clint Camileri se jibqa’ il-Ministru għal Għawdex filwaqt li Clifton Grima se jibqa’ il-Ministru għal-Edukazzjoni.

Anton Refalo se jżomm il-Ministeru tal-Agrikolatura, waqt li Roderick Galdes u Michael Falzon se jżommu il-Ministeru li kellhom jiġifieri dak tal-akkomodazzjoni soċjali u dak tal-familja rispettivament.

Byron Camilleri se jibqa’ jżomm il-Ministeru tal-Intern, waqt li Clayton Bartolo se jżomm it-turiżmu. Julia Farrugia Portelli  se żżomm l-inklużjoni soċjali. 

F’dan il-Kabinett, se jkun hemm Jonathan Attard li se jkun Ministru tal-Ġustizzja, ministeru li qabel kien f’idejn Edward Zammit Lewis. 

Il-qasam tal-infrastruttura li kien immexxi minn Ian Borg, se jgħaddi għand Aaron Farrugia. Owen Bonnici se jieħu f’idejn il-Ministeru li kellu Herrera jiġifieri dak tal-Kultura u Kunsilli Lokali. 

Stefan Zrinzo Azzopardi se jinħatar bħala Ministru Tax-Xogħolijiet Pubbliċi, Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Chris Agius se jibqa’ jżomm id-dekasteru li kellu. 

F’dan il-kabinett bħala Segretarju Parlamentari nħatar Jo Ettienne Abela u se jkun responsabbli mill-qasam tal-anzjani. Isemma wkoll Chris Bonnett li x’aktarx se jkun qiegħed jieħu l-irwol bħala Segretarju Parlamentari Għall-Fondi Ewropej.

Silvio Schembri se jkun qed iżomm il-Ministeru tal-Ekonomija, waqt li Michael Farrugia li kien ilu fill-Parlament għal tmien leġiżlaturi jidher li se jkun l-Ispeaker.

Ekonomija

Sport