Friday, December 27, 2024

Jibda jiġi diskuss kif jistgħu jiġu organizzati l-Festi matul din is-sena

Aqra wkoll

Ilbieraħ delegazzjoni mill-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda, immexxija mil-President Dr Noel Camilleri, kellha laqgħa mal-Prim Ministru Dr Robert Abela. 

L-Għaqda qalet li matul din il-laqgħa kordjali u informattiva ġie diskuss kif jistgħu jiġu organizzati l-Festi matul din is-sena. 

Apparti minn hekk, ġew diskussi ukoll kif is-Soċjetajiet tal-Banda jistgħu jibqgħu aktar sostenibbli għall-ġid tal-komunitajiet lokali tagħna.

L-Għaqda qalet li tħares ‘il quddiem għal aktar djalogu għall-ġid tal-Festa Maltija u l-Kultura Bandistika ta’ pajjiżna.

L-istess Għaqda ilha għal dawn l-aħħar xhur tħeġġeġ biex ilkoll flimkien naħdmu biex ma tintilifx pern ewlieni tal-identità kulturali Maltija. 

Fost l-oħrajn, f’Novembru li għadda, l-Għaqda għal darb’oħra kienet talbet laqgħa mas-Suprintendenza tas-Saħħa Pubblika biex permezz ta’ diskussjoni magħha flimkien mal-Kurja Arċiveskovili jitfasslu protokolli li jippermettu verament li jiġu ċelebrati l-festi esterni.

Ekonomija

Sport