Thursday, March 28, 2024

Alan Grima maħtur bħala membru tal-Kummissjoni Dixxiplinari għall-EHF EURO 2022

Aqra wkoll

Id-Delegat tal-EHF, Alan Grima, li huwa wkoll membru tal-Qorti tal-Handball tal-EHF, ġie maħtur bħala membru tal-Kummissjoni Dixxiplinari waqt l-EHF EURO 2022 tal-Irġiel. Din il-kompetizzjoni, li hija l-avveniment ewlieni tat-timijiet nazzjonali fi ħdan l-EHF se ssir fl-Ungerija u s-Slovakkja bejn it-13 u t-30 ta’ Jannar 2022. 24 tim nazzjonali se jissieltuha għad-deheb bi Spanja, id-Danimarka, l-Isvezja, Franza, Kroazja u n-Norveġja bħala l-favoriti ewlenin għall-edizzjoni ta’ din is-sena.
Ekonomija

Sport