Saturday, December 14, 2024

Jibda l-ġuri ta’ Narges Mohammadi minkejja li ma kinitx preżenti għas-seduta

Aqra wkoll

Ir-rebbieħa tal-premju Nobel għall-Paċi, l-Iranjana Narges Mohammadi – li bħalissa tinsab miżmuma l-ħabs – bdiet għaddejja ġuri minkejja li ma kinitx preżenti għas-seduta.

Mohammadi ta’ 52 sena ilha arrestata minn Novembru tal-2021 għal bosta kundanni passati relatati mal-ħidma tagħha kontra l-hijab obligatorju għan-nisa u l-piena kapitali fl-Iran.

“Is-smigħ tal-ġuri tas-Sinjura Narges Mohammadi sar mingħajr il-preżenza tagħha f’Qorti fil-kapitali Tehran,” qal l-avukat tagħha, Mostafa Nili, fuq il-pjattaforma X – li kienet magħrufa bħala Twitter.

Nili qal li l-klijenta tiegħu kienet akkużata “bi propaganda kontra l-istat” għal “rimarki li għamlet dwar Dina Ghalibaf u dwar il-bojkott tal-elezzjonijiet leġiżlattivi” li saru f’Marzu.

Ekonomija

Sport