Sunday, May 5, 2024

Jibda s-sajf … inżommu f’moħħna lil min se jiġi warajna!

Aqra wkoll

Il-jiem li għaddew urewna li s-sajf kien fuq l-għatba bi ġranet sbieħ u xemxin li għamlu. Proprju llum beda listaġun tas-sajf fejn it-temperaturi għoljin diġà wrew x’hemm lest għax-xhur li ġejjin.

F’dan iż-żmien ma jonqosx li ħafna jfittxu l-arja friska tax-xtajtiet u l-bajjiet u bħal dejjem dawn ikunu miżgħuda bin-nies.

B’dan nappellaw biex il-bajjiet jinżammu ndaf sew għax b’hekk inkunu qed nibżgħu għall-ambjent u kif ukoll irridu naħsbu f’ħaddieħor li jiġi wara biex ikun jista’ jgawdi wkoll il-ġmiel ta’ pajjiżna.

Sport