Saturday, April 27, 2024

Minn għada madwar 2,600 first-time buyer se jirċievu l-ewwel għotja

Aqra wkoll

Aktar minn 2,600 first-time buyer li xtraw il-propjetà tagħhom fil-bidu tas-sena li għaddiet lil hawn, minn għada se jingħataw l-ewwel għotja annwali ta’ €1,000 mifruxa fuq medda ta’ 10 snin.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret iktar kmieni llum fejn saħaq li f’dawn l-10 snin li ġejjin, il-Gvern Malti se jkun qiegħed jinvesti €2.6 miljun għal din il-miżura.

Il-Ministru Galdes irrimarka li bħalma għamel dejjem dan il-Gvern, dejjem ħadem qatigħ sabiex ikompli jibni aktar akkomodazzjoni soċjali għall-persuni vulnerabbli fis-soċjetà Maltija.

Sport