Sunday, May 5, 2024

Inflazzjoni qawwija fl-Ingilterra… pinta birra tista’ titla’ għal £10

Aqra wkoll

Il-mod esaġerat ta’ kif qed jogħlew il-prezzijiet ta’ kull xorta fl-Ingilterra mhux biss qed iħasseb lill-familji imma wkoll qed joħloq tensjoni fost ħafna nies. Minkejja t-tama li kien hemm li l-prezzijiet jibdew jinżlu, dan għadu ma seħħx u l-għoli tal-ħajja baqa’ mwaħħal fil-livell ta’ 8.7% u qed jolqot anki d-delizzji tan-nies.

Partikolarment l-inflazzjoni laqtet ħafna lill-industrija tal-birra tant li l-produtturi tal-birra ammettew li m’hemm l-ebda limitu fuq kemm jista’ jogħla l-prezz ta’ pinta u probabbilment il-prezz jiżdied sa £8 u xi darba jista’ jkun £10.

Dan hekk kif il-British Beer and Pub Association (BBPA) sostniet li numru ta’ ditti, fosthom Foster’s u Old Speckled Hen, naqqsu l-kontenut ta’ alkoħol tagħhom b’madwar 0.3% bħala parti minn xejra li wħud qed isejħulha ‘drinkflation’.

F’dan il-kuntest bosta sostnew li hija idea ħażina li l-pubs jibdew jagħmlu l-birer tagħhom aktar dgħajfa fi sforz biex jiffrankaw l-ispejjeż.
It-tnaqqis tal-kontenut tal-alkoħol inaqqas l-ammont ta’ taxxa pagabbli, bil-biċċa l-kbira tat-tnaqqis ikun ta’ 2-3pence. Kien hemm min immarka din il-mossa bħala ‘ġenn’.

Sport