Thursday, December 26, 2024

Jibdew deħlin is-sajjieda bl-ewwel qabdiet tal-lampuki tal-istaġun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin bdew deħlin is-sajjieda bl-ewwel qabdiet tal-lampuki tal-istaġun. L-ewwel sajda li ddaħħlet Marsaskala flimkien ma’ oħrajn qegħdin jitwasslu l-pixkerija sabiex fl-ewwel sigħat ta’ għada filgħodu jibda l-irkant tal-ħut. Lampuki friski li fi ftit sigħat ikunu aċċessibbli għall-konsumatur.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Sajd fiċ-ċerimonja li saret il-Ħamis li għadda fejn ġew imbierka d-dgħajjes u l-bastimenti tas-sajjieda qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki tenniet dwar l-importanza li napprezzaw is-sena kollha l-ħidma ta’ dawn is-sajjieda li jaħdmu f’kundizzjonijiet immaġinabbli.

Ekonomija

Sport