Wednesday, December 25, 2024

Jibdew jibnu l-pedamenti tal-flyover ġdida bejn Ħal Luqa u Ħal Kirkop

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Infrastructure Malta qalet li qed jibnu l-pedamenti tal-flyover ġdida bejn Ħal Luqa u Ħal Kirkop. Dan bħala parti mill-proġett tal-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Intersezzjoni tal-Ajruport.

Infrastructure Malta avżat li minn għada, sakemm joħroġ avviż ieħor, waħda miż-żewġ korsiji direzzjoni nofsinhar ta’ Triq l-Ewwel Titjira, mir-roundabout tal-Ajruport għall-Mini ta’ Ħal Kirkop, se tkun magħluqa.

Hija qalet li fejn huwa possibbli, il-pubbliku għandu juża r-rotta alternattiva minn Triq Ħal Farruġ, li fetħu l-ġimgħa li għaddiet wara xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid. 

Ekonomija

Sport