Wednesday, March 27, 2024

“Jiddispjaċina li jkun hawn nies li jinqdew b’dawn il-każi u jitfgħu dell ikrah fuqna”

Puttinu Cares b'reazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li Puttinu ta għajnuna finanzjarja lil familja u ntefqu fil-logħob

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu, l-għaqda ta’ Puttinu Cares għamlu esprimew ir-reazzjoni tagħhom għall-aħbar li kienet qed tiċċirkola fuq il-midja soċjali fejn missier qiegħed jiġi akkużat li lagħab il-flus li “ngħataw minn Puttinu Cares” għal binhom ta’ seba’ snin li huwa marid bil-kanċer. 

Puttinu Cares qalu li huma qatt ma taw flus lil din il-familja, iżda trattawhom bħalma jittrattaw lil familji oħra, jiġifieri meta t-tifel flimkien mal-familja tiegħu kienu jeħtieġu li jsiefru minħabba operazzjoni, Puttinu, l-istess bħalma għamel m’għadd ta’ familji oħra, provdielhom akkomodazzjoni b’xejn. Dan seta’ jkun possibbli permezz ta’ donazzjonijiet li ngħataw mill-poplu li mbagħad Puttinu Cares investewhom f’appartamenti fl-Ingilterra sabiex dawk il-familji li jkunu qed jirċievu xi trattament u jiġu bżonn ta’ akkomodazzjoni, ikunu jistgħu jibbenefikaw minnhom.

Għaldaqstant, Puttinu cares esprimew id-dispjaċir tagħhom meta jkun hemm xi nies li jinqdew b’dawn il-każijiet u jgħaddu kummenti iebsa fil-konfront tal-NGO’s li qed jagħmlu tant ġid f’pajjiżna għaliex jispiċċaw biex jitfgħu dell ikrah fuqhom.

Puttinu cares jagħlqu l-messaġġ tagħhom billi jirringrazzjaw lil kull min għen u kien ta’ spalla matul dawn is-snin kif ukoll li dawk li dejjem emmnu fix-xogħol li jagħmel Puttinu Cares.

Ekonomija

Sport