Saturday, October 26, 2024

Jiftħu f’Malta l-ewwel Boost Juice Bars

Aqra wkoll

Il-katina tal-ismoothie multinazzjonali Awstraljana tant mistennija tal-Boost Juice Bars fetħet l-ewwel żewġ ħwienet tagħha ix-Xatt ta’ Tigné tas-Sliema, u l-Gżira, u fi żmien xahar se tiftaħ ħanut ieħor.

Din il-marka hi operata minn Food Chain Ltd u impenjata għall-innovazzjoni u għat-tkattir tal-kuxjenza favur is-saħħa fost il-Maltin permezz ta’ għażla rebbieħa ta’ alternattivi sustanzjużi u friski għal min għandu stil ta’ ħajja mgħaġġla. 

Il-Boost Juice Bars għandhom l-ambizzjoni li jservu lill-klijenti tagħhom bl-aħjar mod possibbli billi jħaddnu l-filosofija ‘Ħobb il-Ħajja’ (Love Life). Is-sussidjarja tal-Grupp Farsons twiegħed ambjent pożittiv u enerġetiku, innovazzjoni fil-prodott, sħubijiet, u strateġija soda għar-relazzjoni mal-klijenti bl-użu tal-frott u l-ħaxix naturali. 

Gordon Naudi, il-Manager Ġenerali ta’ Food Chain Ltd, qal li hu kburi ħafna li Juice Bar internazzjonali bħal dan aċċetta li jiftaħ il-ħwienet tiegħu f’pajjiżna biex jaqdi l-gosti ta’ kulħadd b’varjetà ta’ frott u ħaxix frisk. 

Ivan Cardona, il-Manager tan-Negozju ta’ Food Chain Ltd, ukoll esprima l-eċitament tiegħu għal din l-impriża l-ġdida u qal li, “Aħna lesti biex noffru lill-klijenti tagħna alternattivi sustanzjużi għall-fast food, servuti mill-impjegati pożittivi u enerġetiċi tagħna. Mimlijin b’ħafna kuraġġ bir-reazzjoni li qed ikollna u qegħdin, onestament, fuq ix-xwiek biex niftħu.” 

Il-Boost Juice Bars Malta joffru wkoll lill-klijenti għadd ta’ benefiċċji bis-saħħa tal-kard tas-sħubija VIBE. Biha l-klijenti jingħataw Boost Juice f’għeluq sninhom u ma’ kull 11-il darba li jixtru, u jakkwistaw il-punti meta jixtru smoothies jew juices partikolari. Aktar informazzjoni fuq il-kard tal-Boost VIBE u fuq kif tirreġistra ssibha mis-sit https://www.boostjuice.com.mt/vibe/.

Il-fundatriċi Janine Allis welldet il-marka Boost bl-ewwel ħanut tagħha f’Adelaide, l-Awstralja, fl-2000, meta nnutat nuqqas ta’ fast food sustanzjuż fis-suq. Imbagħad il-marka Boost bdiet tikber madwar id-dinja permezz ta’ Master Franchising fl-2004 u issa għandha ’l fuq minn 600 ħanut li jservu x-xarbiet bnini ta’ Boost fi 13-il pajjiż. Il-Boost Juice Bars oriġinaw l-Awstralja u jinsabu wkoll il-Brunei Darussalam, iċ-Ċilì, l-Estonja, l-Indoneżja, il-Latvja, il-Malażja, New Zealand, l-Arabja Sawdija, Singapore, it-Tajlandja, ir-Renju Unit, u l-Vjetnam.  

Din il-marka Awstraljana rebħet żewġ Premjijiet tal-Global Franchise fl-International Franchise Convention 2022: il-“Best Food and Drink Franchise” u l-Premju prestiġjuż tal-“Global Franchise Champion”. Il-Global Franchise Award jagħraf u jippromwovi l-aqwa marki franchised billi jgħollilhom il-karatteristiċi distintivi tagħhom f’livell globali.

Sport