Sunday, December 22, 2024

Jiġbru €650 f’donazzjonijiet lil Hospice Malta waqt pellegrinaġġ bil-muturi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għall-ħames sena konsekuttiva, il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr organizzaw pellegrinaġġ bil-muturi li saqu wara x-xbieha ta’ Santa Marija.

Is-sewwieqa tal-muturi kienu mistiedna jagħtu donazzjoni b’risq il-ħidma mwettqa minn Hospice Malta li jinsabu fl-aħħar fażi tal-proġett St Michael Hospice.  B’dan il-proġett, binja f’Santa Venera qed tinbidel fl-ewwel kumpless tax-xorta f’Malta fejn pazjenti morda bil-kanċer u mard ieħor jingħataw kura paljattiva b’xejn u servizzi ta’ appoġġ lill-qraba.  Is-somma finali miġbura mis-sewwieqa preżenti għal din l-attività kienet ta’ €650.

 Ħdejn il-Knisja ta’ Ħad-Dingli, l-Arċipriet ta’ Ħad-Dingli, il-Kanonku David Farrugia mexxa talba u bierek lis-sewwieqa tal-muturi.  Is-sewwieqa ngħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni u tifkira tal-okkażjoni.

Ekonomija

Sport