Thursday, December 26, 2024

“Jiġi biss min huwa mħarreġ, min għandna bżonn u mhux bl-addoċċ”

Il-PM b'messaġġ b'saħħtu kontra l-isfruttament tal-ħaddiema

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jindirizza attività politika mil-lokalità tal-Mosta, il-Prim Ministru aċċenna għall-ħidma li għaddejja biex minn Marzu li ġej tidħol fis-seħħ ir-riforma tal-iskills card.

“Jiġi biss min huwa mħarreġ, min is-suq tax-xogħol għandu bżonnu u jiġu biss ħaddiema ta’ kwalità”, saħaq il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li għaddej proċess biex it-Temping Agencies jiġu regolati bl-introduzzjoni ta’ regolamenti li huma ibsin, li jdaħħlu s-serjetà u li se jfissru twaqqif tal-operat ta’ dawk li beħsiebhom jibqgħu jabbużaw mis-sistema biex jisfruttaw il-ħaddiem.

Abela ġab l-eżempju tar-realtà ta’ ħaddiem li kien qiegħed jiġi minn pajjiżi terzi u minn l-għada jibda jwassal il-passiġġieri b’liċenzja valida f’pajjiżu. Filwaqt li saħaq dwar is-sigurtà tal-Maltin u l-Għawdxin bħala l-prijoritajiet tal-gvern, wara ħafna snin din se tkun qiegħda tinbidel biex pajjiżna se jibda jaċċetta biss liċenzja tas-sewqan lokali jew dik Ewropea.

“Kellek min kien qiegħed jagħmel negozju illeġittimu minn fuq il-ħaddiema. Soċjalist ma jħalli qatt lil min jikkapitalizza mill-ħaddiema. In-nies ma tagħmilx negozju minnhom irrispettivament mill-kulur u mir-razza tagħhom. Kull ħaddiem irid jiġi stmat b’dinjità”, kompla l-Prim Ministru filwaqt li tenna li kien hemm setturi li esprimew rabja u qrid, il-gvern kellu jiddeċiedi favur il-ftit jew favur l-interess tas-soċjetà u tal-ħafna.

Ekonomija

Sport