Wednesday, July 24, 2024

Black Ball: Cospicua Rangers jibqgħu konsistenti

Aqra wkoll

Cospicua Rangers baqgħu jżommu l-ewwel post tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball meta kisbu r-raba’ rebħa staġjonali fuq Ħamrun 147 B 11-2. Il-Bormliżi ddominaw dan il-konfront bit-tieni tim ta’ Ħamrun 147 B li ftit ingħata ċansijiet fil-maġġoranza tal-frames.

Valletta Breakwater jinsabu fit-tieni post wara rebħa tajba ta’ 11-8 kontra Qormi Anici B filwaqt li Ħamrun 147 A qegħdin it-tielet wara suċċess ta’ 11-4 kontra Qormi Aniċi A.

Jojo’s Birżebbuġa qed ikomplu jtejbu l-wirjiet tagħhom skor ta’ 11-2 kontra San Ġwann Nick’s A.

Fil-kampjonat Reġjonali, Ħamrun 147 C baqgħu jiddominaw l-istaġun wara wirja kbira kontra Każin Pinto Qormi A u rebħa ta’ 11-0.

It-tim l-ieħor ta’ Ħamrun 147 D għelbu 11-9 lil Selmun Bar C filwaqt li kien hemm bilanċ assolut bejn PL Balzan A u Valletta Fossa Boys A bl-iskor finali jkun dak ta’ 10-10.

Is-sitwazzjoni fi grupp A tal-Community League hi waħda ferm bilanċjata bi tliet timijiet li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika.

Fil-fatt Qormi Anici D, Birkirkara Boċċi u San Ġwann Tiki Taka A għandhom 12-il punt kull wieħed wara wirjiet dominanti kontra San Ġwann Nick’s B (11-2), Selmun Bar C (11-0) u Mrieħel Billard House (11-1).

San Ġwann Tiki Taka A għelbu lil Mrieħel Billiard House 11-1 filwaqt li Juve Birkirkara B kienu aħjar minn PL Balzan B tant li rebħu 11-4.

Finalment fi grupp B tal-Community League, il-leaders San Ġwann Tiki Taka B għandhom punti massimi meta rebħu l-ħames logħba konsekuttiva kontra Taċ-Ċaċċu Qormi 11-9.
Qormi Anici E u Juve Birkirkara A kisbu rebħiet tajbin kontra Valletta Fossa Boys (11-5) u Domus Kids Żejtun (11-7) rispettivament filwaqt li f’logħba bilanċjata, Selmun Bar B u Qormi Anici C spiċċaw fi draw ta’ 10-10.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers 12, Valletta Breakwater 9, Ħamrun 147 A 8, Jojo’s Birżebbuġa 7, San Ġwann Nick’s 6, Qormi Anici B, Ħamrun 147 B 5, Qormi Anici A 2.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Ħamrun 147 C 15, Domus Kids Żejtun, PL Balzan A 8, Ħamrun 147 D 4, Selmun Bar A , Valletta Fossa Boys A 3, Każin Pinto Qormi A 0

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP A

Qormi Anici D, Birkirkara Boċċi, San Ġwann Tiki Taka A 12, Juve Birkirkara B 9, Mrieħel Billiard 7, PL Balzan B 4, San Ġwann Nick’s B 3, Selmun Bar C 0.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP B

San Ġwann Tiki Taka B 15, Qormi Anici E, Juve Birkirkara A 10, Qormi Anici C 7, Valletta Fossa Boys B 6, Taċ-Ċaċċu , Selmun Bar B 4, Domus Kids B 1.

Cospicua Rangers jibqgħu konsistenti

Ekonomija

Sport