Monday, May 20, 2024

Grech jammetti l-PN fadallu ħafna x’jagħmel biex inaqqas id-distakk mill-PL

Aqra wkoll

F’intervista li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kellu fil-każin ta’ Ħaż-Żebbuġ ammetta li mill-figuri li ħarġu fl-istħarriġ politiku li juri d-distakk bejn il-Partit Laburista u dak Nazzjonalista, għalihom għad hemm ħafna xogħol x’jagħmlu. “Kien hemm titjib però, jidher ċar li għad għandna x’nagħmlu. Irridu naħdmu l-ħin kollu u dak huwa l-impenn tiegħi u tad-deputati tal-PN, il-kandidati għall-elezzjonijiet tal-MEPs u dawk għal tal-Kunsilli Lokali. Hemm bżonn li naħdmu lkoll flimkien għax il-PN mhux biss jemmen fil-politika, imma għandu l-politika ta’ kwalità għan-nies”. 

Bernard Grech ammetta wkoll li inizjattivi li qiegħed jagħmel il-Gvern biex jgħin lill-poplu bħalma hija dik li jonqsu l-prezzijiet, huma tajbin. Fi kliemu huwa qal li, “aħna favur kull inizjattiva li tnaqqas il-piż minn fuq il-familji u fuq kulħadd”. Fl-istess nifs Grech ma felaħx ma jattakkax tmexxija Laburista fejn dawwarha li l-Gvern mhuwiex jiġġieled l-inflazzjoni mis-sors tagħha. Saħansitra allega li l-prezzijiet ma naqsux kollha tant li x-xirja qiegħda dejjem tkompli togħla. Dan meta qegħdin nitkellmu fuq roħs fattwali ta’ 15% ta’ 450 prodotti essenzjali.

Fid-dawl tal-protesta li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet mill-bdiewa Grech sostna li hemm bżonn ta’ għajnuna anke għalihom ħalli nieklu ikel frisk.

“Innotajtu problemi ma’ setturi varji? Il-problema hija li l-gvern mhuwiex jagħraf fejn huma l-prijoritajiet tal-ħidma tiegħu. Inizjattiva li tindirizza l-għoli tal-ħajja hija dik li ma tkunx intaxxata ż-żieda tal-Cola. Aħna tajna diversi soluzzjonijiet li jinkudu fondi nazzjonali li bih ngħinu lill-importaturi u lill-esportaturi. Dan għax Malta hija gżira u hemm diversi sfidi fejn jidħol it-trasport”.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jemmen fil-ħidma tal-id u nsista li l-politika tiegħu u tal-PN hija dik li jitkellmu fuq l-importanza tas-sigurtà tal-ikel. Fir-rigward qal li, “jekk m’aħniex se nifhmu l-basiku li huwa l-ikel u l-ilma, fejn irridu ninvestu fihom ta’ kuljum, ifisser li għadna ma bdejna nifhmu xejn”.

Min-naħa tiegħu l-mexxej tal-PN temm jisħaq li hemm differenza bejn iż-żewġ partit u għal darb’oħra tkarrab għall-voti ta’ dawk li kienu qegħdin isegwuh.

Sport