Saturday, November 2, 2024

Tbassir ta’ pressjoni baxxa fil-ġimgħa tal-Karnival

Aqra wkoll

Hekk kif mistenni, wara xhur sħaħ ta’ ħidma, l-inkwiet tad-dilettanti tal-Karnival huwa ċertament it-temp u jekk il-gżejjer Maltin humiex se jintlaqtu mill-maltemp fil-jiem li fihom għandu jiġi esebit ix-xogħol artistiku tagħhom.

Skont il-paġna Aġġornament tat-Temp jidher ċar li pressjoni għolja li kien hawn fl-Ewropa fl-aħħar ġimgħat ser titlef mill-intensità minn nhar it-Tnejn li ġej. Iċ-ċentru tal-Mediterran ser ikompli jgawdi minn temp stabbli sa nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar. Għal jiem tal-karnival ser inkunu influwenzati minn sistema ta’ pressjoni baxxa fuq Sqallija.

It-Tnejn 5 ta’ Frar
Xemxi b’riħ majjistral forza 5 bl-għola temperatura tmiss is-17°C u l-inqas it-12°C.

It-Tlieta 6 ta’ Frar
Xemxi b’riħ punent Majjistru forza 4 bl-għola temperatura tmiss id-19°C u l-inqas it-13°C.

L-Erbgħa 7 ta’ Frar
Ftit jew wisq imsaħħab b’riħ Ilbiċ forza 4 għal 5 bl-għola temperatura tmiss it-18°C u l-inqas it-12°C.

Il-Ħamis 8 ta’ Frar
Ftit imsaħħab b’riħ majjistral forza 5 bl-għola temperatura tmiss is-17°C u l-inqas it-12°C.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Frar
Ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u b’riħ forza 5 nofsinhar ilbic bl-għola temperatura tmiss it-18°C u l-inqas it-13°C.

Sibt 10 ta’ Frar 
Imsaħħab b’riħ xlokk forza 5 li jdur Ilbiċ bl-għola temperatura tmiss it-18°C u l-inqas it-12°C.

Il-Ħadd 11 ta’ Frar
Ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u bil-possibilità ta’ xi xita, riħ lbiċ forza 5 li jdur punent Ilbiċ forza 5 bl-għola temperatura tmiss is-17 °C u l-inqas il-11°C.

It-Tnejn 12 ta’ Frar
Imsaħħab b’xi ftit xita u riħ qawwi forza 6 mill-majjistral bl-għola temperatura tmiss is-16°C u l-inqas il-11°C.

It-Tlieta 13 ta’ Frar
Ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u b’riħ majjistral forza 5 bl-għola temperatura tmiss is-16°C u l-inqas l-10°C.

Sport