Jiġi vandalizzat it-teleskopju pubbliku li permezz tiegħu jiġu osservati l-kwiekeb f’San Lawrenz

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda persuna jew persuni li s’issa mhux magħrufa wettqu att vandalu fuq it-teleskopju pubbliku li permezz tiegħu jiġu osservati l-kwiekeb li jinsab fir-raħal ta’ San Lawrenz f’Għawdex

Il-kunsill Lokali tal-lokalità fi stqarrija qal li “dan mhuwiex biss att ta’ ħsara fuq proprjetà pubblika, iżda att kontra l-komunità kollha, li ċċaħħad lir-residenti u lill-viżitaturi minn faċilità edukattiva u ta’ apprezzament tal-wirt naturali tagħna.

“Il-Kunsill jiddeplora dan l-aġir irresponsabbli u jappella biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-Pulizija. Il-Pulizija diġà fetħet investigazzjoni sabiex jiġu identifikati u jittieħdu l-passi meħtieġa kontra dawk responsabbli.

“Nappellaw biex ilkoll naħdmu flimkien biex inħarsu l-proprjetà pubblika u nuru rispett lejn il-komunità tagħna.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport