San Ġilajn…………13
Neptunes………….10
(3-3, 4-1,4-2, 2-4)
San Ġiljan rebħu n-Knock-Out meta b’wirja mill-aktar konvinċenti għelbu lill-ġirien iżda rivali eterni ta’ Neptunes bl-iskor ta’ 13-10.
Ta’ nota huaa l-fatt li din kienet il-11-il finali fi 12-il edizzjoni għall-Ġilajniżi.
Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut b’din tintemm f’paritá ta’ 3-3, b’San Ġiljan jirbħu t-tieni u t-tielet sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 4-1 u 4-2, bir-reazzjoni ta’ Neptunes tasal tard wisq fil-partita, meta rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 4-2.
Għal San Ġiljan l-aqwa skoreres kenu Jake Muscat u l-Kroat Jerko Marinic-Kragic li rreġsitraw hat-trick personali, filwaqt li għal Neptunes spikka Marko Zuvela li rreġistra poker personali.
Rimarkabbli huwa l-fatt li fl-aħħar sessjoni San Ġiljan kellhom liż-żewġ players Jake Muscat u Jake Bonavia mkeċċija permezz ta’ karta ħamra diretta minħabba ‘brutality’.
San Ġiljan: J. Tanti, J. Muscat 3, J. Marinic-Kragic 3, N. Schiavone, R. Caruana, M. Zammit 1, J. Bonavia 1, B. Plumpton 1, J. Abela 2, N. Zammit 1, D. Zammit, A. Fenech 1, A. Muscat, L. Dimech, D. Bugeja.
Neptunes: Matthew Castillo, M. Lanzon, S. Gialanze, L. Mallia, J. Camilleri, J. Valletta 1, S. Camilleri 1, I. Nagaev 3, Mark Castillo 1, J. Bajada, M. Azzopardi , M. Zuvela 4, M. Rossi, A. Fava, H. Schramm.
Referees: Andrej Franulovic, Marco Piano.





