Thursday, December 26, 2024

Jim Ratcliffe jidħol fit-taqtigħa biex jixtri l-club ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Il-kumpanija Ineos tal-biljunarju Ingliż, Sir Jim Ratcliffe, daħlet uffiċjalment fit-tellieqa biex tixtri lill-club ta’ Manchester United.

Is-sidien tal-United il-familja Glazer qalu f’Novembru li kienu qed jikkunsidraw li jbigħu l-klabb hekk kif “jesploraw alternattivi strateġiċi”.

Ineos keinet qalet li l-kumpanija kienet formalment poġġiet lilha nnifisha fil-proċess”.

Ratcliffe kien għamel offerta tard ta’ £4.25 biljun mingħajr suċċess biex jixtri lil Chelsea s-sena li għaddiet wara li s-sid Roman Abramovich poġġa lill-club minn Londra għall-bejgħ.

Imwieled f’Failsworth, fi Greater Manchester, Ratcliffe huwa partitarju tat-tfulija tal-United u wieħed mill-aktar sinjuri fir-Renju Unit.

Huwa qal li kien jipprova jixtri lill-club ta’ Old Trafford wara li naqas li jakkwista lil Chelsea iżda, wara li ltaqa’ mal-aħwa Joel u Avram Glazer, stqarr li ma ridux ibiegħu.

Madankollu, minn dakinhar il-Glazers bidlu l-pożizzjoni tagħhom u issa ngħaqad mal-proċess tal-offerti.

Il-grupp Ineos għandu lil club ta’ Nice fi Franza u dak ta’ Lausanne fl-Isvizzera.

United ilhom proprjetà tal-familja Glazer mill-2005.

Bħalissa, ir-Red Devisl jinsabu r-raba’ fil-Premier League wara titjib fil-forma taħt il-manager il-ġdid, Erik ten Hag.

Is-Sibt għelbu lir-rivali lokali Manchester City bl-iskor ta’ 2-1 u jinsabu disa’ punti taħt il-leaders Arsenal.

Id-ditta Amerikana tal-investiment Raine Group, li mmaniġġjat il-bejgħ ta’ £4.25 biljuni ta’ Chelsea f’Mejju, qed tagħti pariri esklussivi lill-United. Konsorzju mmexxi minn Todd Boehly ħallas £2.5 biljuni għall-ishma tal-klabb ta’ Stamford Bridge, filwaqt li qal li kien se jipprovdi £1.75 biljuni biex jinvesti fil-club tal-Premier League.

Kien hemm diversi protesti kontra s-sjieda tal-Glazers f’dawn l-aħħar snin, inkluża waħda f’Mejju 2021 li kkawża li l-partita tal-kampjonat domestiku ta’ United kontra Liverpool tiġi posposta.

Eluf ta’ partitarji mxew lejn Old Trafford bi protesta qabel l-istess partita dan l-istaġun, f’Awwissu.

Ir-Red Devils kienu parti mill-proġett fallut tas-Super League Ewropea li waqa’ malajr f’April 2021. Il-ko-chairman ta’ Manchester United, Joel Glazer, aktar tard skuża ruħu għall-inkwiet li seta’ kkawża.

Aktar tard attenda forums tal-partitarji wara l-inkwiet tagħhom u wiegħed li jagħmel l-ishma disponibbli għas-segwaċi tal-club.

Minn dakinhar, stqarrija mill-United f’Novembru qalet li l-bord se “jikkunsidra l-alternattivi strateġiċi kollha, inkluż investiment ġdid fil-club, bejgħ, jew transazzjonijiet oħra li jinvolvu l-kumpanija”.

Ekonomija

Sport