Thursday, April 18, 2024

Napoli eliminati mill-Coppa Italia

Aqra wkoll

Il-leaders tas-Serie A Napoli sfaw eliminati mir-round tal-Aħħar 16 tal-Coppa Italia meta sfaw megħluba mit-team li jinsab fl-aħħar post tal-klassifika, Cremonese, 5-4 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ 2-2. 

Kien Charles Pickel (18) li fetaħ l-iskor għall-viżitaturi iżda Juan Jesus (33) u Giovanni Simeone (36) dawru l-iskor favur il-Partenopei. Madankollu, tliet minuti mit-tmiem Felix Afena-Gyan kiseb id-draw għal Cremonese biex il-logħba kellha tmur fil-ħin barrani.  

Fil-100 minuta, Cremonese spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Leonardo Sernicola għal żewġ karti sofor. U jekk kulħadd ħaseb li Napoli kienu se japprofittaw minn din is-superjoritá  numerika, Cremonese kellhom ħsibijiet oħra għax sfurzaw l-għoti tal-penalties li minnhom ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4 … fejn Stanislav Lobotka falla l-uniku penalty ta’ Napoli. 

Ekonomija

Sport