Tuesday, April 23, 2024

Illum tintlagħab il-finali tas-Super Cup Taljana bejn Milan u Inter

Aqra wkoll

L-Istadium King Fahd huwa l-palk għall-finali tal-lum tas-Super Cup Taljana bejn iċ-champions Milan u r-rebbieħa tal-Coppa Italia, Inter. Dan il-famuż Derby della Madonnina se jintlagħab fl-Arabja Sawdija għall-ewwel darba li jkompli jżid id-dimensjoni ta’ din ir-rivalitá eterna. 

Din hija t-tieni darba li dawn iż-żewġ timijiet se jiltaqgħu f’din il-finali, bl-unika waħda tkun dik ta’ Awwissu 2011, fejn Milan kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn Zlatan Ibrahimovic u Kevin Prince Boateng. Illum Ibrahimovic se jifforma parti mill-iskwadra tar-Rosso­neri iżda mhux se jilgħab minħabba li qed jirkupra minn injury.

L-istess Milan ikunu qed jimmiraw għal rebħa meta fl-aħħar tliet ħarġiet tagħhom kisbu żewġ draws u sofrew telfa.  

Dan jinkludi d-draw ta’ 2-2 ta’ nhar is-Sibt li għadda kontra Lecce fejn dawn tal-aħħar kienu fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals … fejn fallew żewġ punti importanti biex issa huma maqtugħin mill-isfida għar-rebħ tat-titlu meta jinsabu disa’ punti taħt il-leaders Napoli.

Madankollu, Inter ukoll ma tantx sejrin daqstant tajjeb fil-kampjonat minkejja li ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 fuq Verona, iżda jinsabu punt taħt ir-Rossoneri. 

U l-konsolazzjoni tagħhom hija li għadhom fil-Coppa Italia wara li għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 2-1 filwaqt li Milan ġew eliminati wara li f’darhom sfaw megħluba minn Torino bl-iskor ta’ 1-0. 

Għal din il-partita Milan għandhom lista ta’ players neqsin li jinkludu wkoll lil Mike Maignan, Fode Ballo-Toure, Alessandro Florenzi, Rade Krunic u Ante Rebic.

Min-naħa l-oħra, Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr Samir Handanovic, Marcelo Brozovic u Romelu Lukaku li qed jirkupraw minn injury. 

Sport