Wednesday, March 27, 2024

AĠĠORNAT: Aktar theżżiżiet qawwijin viċin il-gżejjer Maltin

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-gżejjer Maltin spiċċaw milqutin minn numru ta’ theżżiżiet bl-aktar waħda riċenti tkun proprju dik ta’ ftit tal-ħin ilu.

Din l-aħħar theżżiża kienet waħda mill-iktar b’saħħitha tant li nħasset sew fost l-oħrajn f’Għawdex. Din ith-theżżiża kienet timmarka madwar 5.0 fuq l-iskala richter.

10:00 a.m: Il-gżejjer Maltin milqutin minn theżżiżiet

Skont il-Grupp ta’ moniteraġġ u riċerka siżmika fl-Universita ta’ Malta, fl-aħħar sigħat il-gżejjer Maltin sfaw milqutin minn theżżiżiet li mmarkaw bejn it-3.3 u l-4.9 fuq l-iskala richter.

L-ewwel theżżiża nħasset ilbieraħ għall-ħabta tas-7.45 p.m li mmarkat 4.4 sakemm aktar kmieni dalgħodu nħassew żewġ theżżiżiet oħra ta’ 4.9 u 3.3 li seħħew għall-ħabta tal-4:20 u s-7:10 rispettivament.

Ekonomija

Sport