Wednesday, July 24, 2024

Jim Ratcliffe jiltaqa’ ma’ Erik ten Hag

Aqra wkoll

Sir Jim Ratcliffe ltaqa’ mal-manager ta’ Manchester United, Erik ten Hag, mal-players u mal-persunell fi żjara fil-ground tat-taħriġ tal-club ta’ Carrington din il-ġimgħa hekk kif il-biljunarju u t-team tiegħu bdew il-ħidma tagħhom f’Old Trafford.

Is-sid ta’ Ineos, Ratcliffe, ra l-investiment ta’ £1.3 biljuni tiegħu f’ishma ta’ 25% u l-kontroll tal-operat tal-football tal-United ikkonfermat lejlet il-Milied.

Nhar il-Ħamis, id-direttur tal-isport ta’  Ineos ta’ 71 sena, Sir Dave Brailsford, għamel żjara f’Carrington.

Huma dehru f’ritratti fil-ġurnali jiltaqgħu ma’ Ten Hag kif ukoll mal-attakkant tat-team Rasmus Hojlund u l-players tat-team tan-nisa, Millie Turner, Katie Zelem u Aoife Mannion.

Ratcliffe u Brailsford iltaqgħu wkoll mal-manager tat-team tan-nisa, Marc Skinner, flimkien mal-membri tat-timijiet tal-akkademja tal-club u l-istaff tal-prestazzjoni matul iż-żjara tagħhom.

Huma marru wkoll Old Trafford għal laqgħat mal-forza tax-xogħol usa tal-club u kellhom laqgħa mal-istaff kollu hekk kif bdew jaħdmu mal-United.

Il-ftehim ta’ £1.3 biljuni għadu suġġett għall-approvazzjoni tal-Premier League, proċess li jista’ jieħu ftit ġimgħat oħra, iżda l-United qalu li ‘it-team temporanju ta’ Ineos qed jiltaqa’ ma’ nies minn madwar il-club biex jifhmu l-isfida tal-prestazzjoni u kif huma jgħinu lill-United biex jirritornaw fil-quċċata tal-football Ingliż, Ewropew u dinji.’

L-għan tagħhom huwa li jirrestawraw lil United għal-livelli għoljin u s-suċċess li kisbu fi żmien Sir Alex Ferguson.

Intqal li Brailsford għamel ħafna mit-taħditiet waqt laqgħat ta’ introduzzjoni mal-persunell tal-United, iżda Ratcliffe kien viżibbli ħafna.

Ten Hag, li jinsab taħt pressjoni biex idawwar staġun diżappuntanti ħafna, attenda tal-anqas waħda mil-laqgħat kif ukoll kellu laqgħa privata ma’ Ratcliffe.

Ekonomija

Sport