Saturday, December 21, 2024

Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imsida

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7.15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Marina, l-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Transit, misjuq minn Libjan ta’ 41 sena residenti n-Naxxar, u mutur Sym Jet, misjuq minn Libjan ta’ 36 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport