Saturday, April 20, 2024

Issofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’San Ġwann

Aqra wkoll

Anzjana weġġgħet gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:20 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq San Ġiljan f’San Ġwann.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjana ta’ 75 sena kienet intlaqtet minn Volkswagen Touran, misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti s-Swieqi.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport