Malti ta’ 59 sena sofra ġrieħi gravi wara l kien involut f’argument.
Kien għall-ħabta tas-2.20p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Port Ruman, San Pawl il-Baħar.
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li qam argument bejn il-Malti u Serbjan ta’ 39 sena, it-tnejn resident San Pawl il-Baħarr.
Il-Maltii mar għall-kura ġewwa Ċentru tas-saħħa u ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi gravi.
Is-Serb ġie arrestat u qed jinżamm fil-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana
filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra għadhom għaddejjin.