Tuesday, April 16, 2024

It-tifla ta’ Ray Abela tagħmel l-magħmudija ġewwa ż-Żejtun

Aqra wkoll

It-tifla tal-kandidat Laburista Ray Abela għadha kif irċeviet is-sagrament tal-magħmudija. Hija msemmija Kate għall-Patruna taż-Żejtun Santa Katarina u tgħammdet ġewwa ż-Żejtun illum. 

Abela tkellem ma’ dan is-sit fejn esprima l-ferħ tiegħu għal dan l-avveniment tant speċjali u għall-fatt li issa għandu tifla Kate u hija Żejtunija bħalu.

Iz-ziju ta’ Abela huwa Wistin Abela li tant ħabb liż-Żwieten u ż-Żejtun u għalhekk ma naqasx ritratt simboliku mal-istatwa tiegħu.

Ray Abela huwa kandidat Laburista ġdid fuq it-tielet distrett fosthom iż-Żejtun.

Kate hija wild ta’ Abela flimkien mal-partner tiegħu Celaine.

Awguri lill-koppja u lil Kate mit-tim ta’ inewsmalta.

Ekonomija

Sport