Monday, May 13, 2024

Jindarab gravi wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Fgura, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.

Kienu għall-ħabta tas-1:10 p.m, xħin il-Pulizija ġiet infurmata permezz ta’ telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Kristu Re, f’Raħal Ġdid minħabba li kienet seħħet kollużżjoni bejn vettura u mutur.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn il-vettura tal-għamla Peugeot, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 21 sena residenti Raħal Ġdid, u l-mutur tal-għamla Yamaha, li kien qed jinstaq mir-raġel ta’ 31 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Sport