Sunday, December 22, 2024

Jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Aqra wkoll

Raġel ta’ 48 sena residenti x-Xagħra weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-1.00p.m., ġo kamra f’għalqa fi Triq il-Merżuq, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport