Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-3:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn erba’ vetturi tat-tip Mercedes Benz Actors 4141K misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Birżebbuġa, Opel Astra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti l-Mosta, Peugeot 208 misjuqa minn żagħżugħa ta’ 26 sena residenti l-Qrendi u Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Mellieħa.
Fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu.
Ambulanza ħadet liż-żagħżugħ u liż-żagħżugħa lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard irriżulta li ż-żagħżugħ kien sofra minn ġrieħi serji, filwaqt li ż-żagħżugħa ta’ 26 residenti l-Qrendi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.
Il-persuni l-oħra involuti fl-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.