Friday, December 13, 2024

Jindarab serjament wara li waqa’ bil-mutur li kien qed isuq

Aqra wkoll

Ungeriż ta’ 22 sena residenti San Ġwann sofra ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-9.45p.m. fix-Xatt ta’ Tigne, Tas-Sliema. 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-Ungeriż tilef il-kontrol tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco, u waqa’. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport