Monday, December 23, 2024

Jindarbu 36 persuna wara li ajruplan fi triqtu għall-Hawaii ntlaqat minn turbolenza severa

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 36 persuna ndarbu wara li ajruplan li kien fi triqtu lejn Honolulu l-Hawaii minn Phoenix, Arizona, intlaqat minn turbolenza severa. 

Abbord kien hemm 278 passiġġier/a u 10 membri tal-ekwipaġġ.

L-awtoritajiet tas-saħħa jinsabu grati li ħadd ma miet f’dan l-inċident. S’issa jidher li 11-il persuna sofrew minn ġrieħi serji. 20 persuna ttieħdu l-isptar, inkluż tarbija ta’ sena u xahrejn, teenager u tliet membri minn tal-ekwipaġġ. 

Fil-ħin li seħħ il-każ, il-membri tal-ekwipaġġ iddikjaraw stat ta’ emerġenza u l-pilota immedjatament beda l-proċess biex jillandjaw. Apparentament il-każ seħħ wara li skont avviż dwar ir-rapport tat-temp kien imbassar li se jkun hemm maltempati bir-ragħad. L-uffiċjal inkarigat mill-operat tal-linja tal-arju stqarr li l-kumpanija kienet infurmata b’dan it-tbassir però l-kumpanija  ma kinitx infurmata li dan kien ta’ periklu b’xi mod.

Apparentament numru ta’ passiġġiera ma kinux libsin is-seatbelt, tant li huwa rrappurtat illi waħda mill-passiġġeri “taret minn fuq is-seat u ħabtet mas-saqaf tal-ajruplan”.

L-ajruplan ġarrab xi ħsarat u għaldaqstant se jsirulu t-tiswijiet u l-inspezzjonijiet meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport