Saturday, April 27, 2024

“It-Tabib Daniel Micallef kien jemmen ħafna li jfejjaq lill-pazjenti b’affarijiet naturali”

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

Aqra wkoll

It-Tabib Daniel Micallef kien il-kumpass morali tal-partit meta konna fil-kumitat taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista. Kien bniedem rasu iebsa u ma kontx faċli tbiegħdu minn xi valuri li kellu. Hekk beda biex jiddeskrivi lill-Eks Membru Parlamentari, Daniel Micallef, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa waqt il-ħin tal-kondoljanzi fil-Parlament.

Id-Deputat Prim Ministru fakkar il-ħidma ta’ Micallef bħala Speaker u li kien strumentali biex b’sens ta’ dak li huwa sew, anke jekk il-partit tiegħu kellu x’jitlef, l-istorja ta’ Malta setgħet tkun ferm differenti mingħajr il-kontribut tiegħu.

Qal ukoll li l-karattru tiegħu ma kienx ta’ konvenjenza iżda ta’ konvinzjoni. Fakkar dwar il-ħidma tiegħu bħala Ministru tal-Edukazzjoni, il-Kultura u l-Ambjent. L-ambjent kien xi ħaġa għal qalbu. Il-Ministru Fearne rrakkonta kif kien jaf lil Micallef bħala pazjent wara li darba qabeż il-baħar u lewa għonqu. Qal li meta kien rikoverat fl-Isptar San Luqa dak iż-żmien, kien jiġbdu lejh u jgħidlu biex ma jemminx kulma jaqra fil-kotba u li biex ifejjaq il-pazjenti seta’ juża affarijiet naturali bħalma huwa l-għasel u l-pal tal-bajtar tax-xewk.

Ironikament minn dawn il-kelmiet, bħala Kirurgu, Fearne qal li kien hemm każ partikolari fejn ferita li ma setgħet tfiq b’xejn, irnexxielu jsib tarfha biz-zokkor. Qal li għalkemm ma kienx l-għasel, din il-forma naturali ta’ terapija għadha tintuża sal-lum.

Sport