Saturday, December 14, 2024

Jinfetħu l-karreġġjati tal-proġett tal-Luqa Junction lejn Ħal Qormi u Ħal Luqa

Aqra wkoll

Mil-lum is-sewwieqa se jkunu jistgħu jużaw l-karreġġjati tal-proġett tal-Luqa Junction lejn Ħal Qormi u Ħal Luqa.

Dan tħabbar permezz ta’ post minn Infrastructure Malta fuq il-midja soċjali fejn ġie spjegat lil pubbliku d-direzzjonijiet biex wieħed ikun jista’ jivvjaġġa minn Ħal Far, il-Gudja, il-Mini ta’ Ħal Kirkop u l-Ajruport lejn Ħal Luqa, Ħal Qormi, il-Marsa, il-Belt, Santa Luċija u Ħal Tarxien.

Dan il-proġett tant bżonnjuż għal pajjiżna kien ġie approvat fl-2021. Il-proġett kien jinvolvi li titneħħa l-roundabout prinċipali ta’ Ħal Luqa u minflok tinbena junction b’livelli differenti għal aktar ħeffa u sigurezza fir-rotot ewlenin bejn Ħal Qormi, Santa Luċija, il-Marsa, il-Gudja, l-Ajruport, il-mini ta’ Ħal Kirkop u Birżebbuġa.

Dakinhar li kien tħabbar il-proġett, Infrastructure Malta kienet qalet li dan kollu se jgħin biex il-ħin tal-ivvjaġġar jonqos b’74% u se jtejjeb il-kwalità tal-arja fl-inħawi, sa 9.1 tunnellati inqas trabijiet fini (materja partikulata) u 33,000 tunnellata inqas dijossidu tal-karbonju fl-arja kull sena.

Ekonomija

Sport