Wednesday, April 24, 2024

Jinfetħu żewġ ċentri speċjali u ġodda ta’ Klabb 3-16

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi fetħet żewġ ċentri speċjali u ġodda ta’ Klabb 3-16 biex jilqgħu fihom studenti minn dawk l-iskejjel tal-Knisja li matul din is-sena skolastika mhumiex se jkunu qed jilqgħu l-istudenti kuljum.

Iż-żewġ ċentri—Maria Bambina fil-Junior College, u San Ġużepp fl-MCAST—se jippermettu lil studenti li jsegwu t-tagħlim online preparat mill-iskola tagħhom f’ambjent tajjeb u addattat għalihom fil-ġranet meta mhux se jmorru l-iskola.

F’dawn iċ-ċentri se jiġu segwiti l-protokolli kollha maħruga mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Is-servizz, immexxi mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, se jkun qed jippermetti lil ġenituri biex ikomplu bix-xogħol u bil-karriera tagħhom, moħħom mistrieħ li uliedhom se jkunu mħarsa. Is-servizz jiftaħ fis-7am u jibqa’ għaddej sas-6pm. Il-ġenituri għandhom l-għażla li jiġbru lil uliedhom x’ħin iridu. Is-servizz huwa bla ħlas sas-2:30pm waqt li r-rati normali ta’ Klabb 3-16 japplikaw minn hemm ’il quddiem.

Sa issa s-servizz diġà qed jilqa’ tfal minn diversi skejjel tal-Knisja. Kull min huwa interessat li japplika għal dan is-servizz huwa mħeġġeġ biex japplika billi jżur is-sit: https://services.fes.gov.mt/ u jirreġistra. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jibgħat fuq: [email protected]

Sport