Sunday, December 22, 2024

Jinġabru aktar minn żewġ miljun ewro fil-kampanja “lit-tfal kollha, kollha, kollha”

Aqra wkoll

Għal darb’oħra l-poplu Malti wera kemm hu ġeneruż hekk kif ilbieraħ il-The Malta Trust Foundation irnexxielha tiġbor is-somma ta’ €2,207,262 fil-kampanja “lit-tfal kollha, kollha, kollha.”

Il-Fondazzjoni hija mmexxija mill-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca fejn irringrazzjat lill-poplu Malti u Għawdxi kollu għal din l-għajnuna kbira li wera.

Ll-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Malta Trust Foundation saret ilbieraħ is-Sibt 20 ta’ Mejju u xxandret fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha bejn il-11.00 a.m. u l-11.00 p.m.

S’issa l-Fondazzjoni diġà tat aktar minn 300 apparat speċjalizzat lil tfal li għandhom problemi fil-viżta jew li ma jitkellmux, liema apparat qed ikun ta’ għajnuna kbira għalihom biex ikunu jistgħu jikkomunikaw aħjar.

Ekonomija

Sport